Ghall-istagun televiziv gdid li jibda minn Ottubru li gej, 26th Frame qed tahdem fuq zewg produzzjonijiet godda, fosthom F'Salib it-Toroq, li se tibda tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, TVM. Ghaldaqstant il-kumpanija, rinomata ghal drama ta' kwalita li offriet tul dawn l-ahhar snin, fosthom Pupi, Tghanniqa, Il-Lejl it-Tajjeb, Il-Kristu tal-Kerrejja, Five06 u l-aktar wahda ricenti, Xhud, qieghda taghmel sejha ghal atturi. Ghalhekk dawk kollha interessati ghandhom jibghatu CV bid-dettalji taghhom u ritratt ricenti fuq l-indirizz email admin@26thframe.com jew inkella dak postali fuq 26th Frame, Suite 1, Marku Falzun Str. Birkirkara BKR 1441. Ghal min forsi diga kien bghat CV tieghu zmien ilu, tajjeb ukoll li jaggornaha b'ritratt ricenti tieghu.